Language of document : ECLI:EU:T:2007:169





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla Estiża) tat-12 ta’ Ġunju 2007 – Budĕjovický Budvar vs UASI – Anheuser-Busch (BUD)

(Kawżi magħquda T-60/04 sa T-64/04)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja verbali BUD – Denominazzjoni ta’ oriġini rreġistrata skond il-Ftehim ta’ Liżbona – Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 – Ċaħda ta’ l-oppożizzjoni”

1.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark mhux reġistrata jew ta’ sinjal ieħor li huwa użat fil-kummerċ (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(4)) (ara l-punti 68-72)

2.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark mhux reġistrata jew ta’ sinjal ieħor li huwa użat fil-kummerċ (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(4)) (ara l-punt 197)

Suġġett

Annullament ta’ ħames deċiżjonijiet tat-Tieni Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI tat-3 ta’ Diċembru 2003 (Każijiet R 107/2003-2, R 111/2003-2, R 114/2003-2, R 115/2003-2 u R 122/2003-2) dwar proċeduri ta’ oppożizzjoni bejn Budĕjovický Budvar, národní podnik u Anheuser-Busch, Inc.

Informazzjoni dwar il-kawża

L-applikant għat-trade mark Komunitarja:

Anheuser-Busch, Inc.

It-trade mark Komunitarja kkonċernata:

It-trade mark verbali BUD għal prodotti fil-klassijiet 9, 14, 16, 21, 25, 29 u 30 –applikazzjonijiet Nri 739102, 24729, 24737, 24695 u 24679

Il-proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokati in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:

Budĕjovický Budvar, národní podnik

It-trade mark jew sinjal invokati in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:

Denominazzjonijiet ta’ oriġini BUD

Id-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ l-oppożizzjoni:

Ċaħda ta’ l-oppożizzjonijiet

Id-deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell:

Ċaħda ta’ l-appelli


Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi fil-kawżi magħquda T-60/04 sa T-64/04 huma miċħuda.

2)

Budĕjovický Budvar, národní podnik hija kkundannata għall-ispejjeż.