Language of document : ECLI:EU:T:2007:189





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2007 – Nuova Gela Sviluppo vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-65/04)

“FEŻR – Waqfien ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja – Rikors għal annullament – Rikors għad-danni – Klawżola ta’ arbitraġġ”

1.                     Atti ta’ l-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata (Artikolu 253 KE) (ara l-punti 43-50)

2.                     Koeżjoni ekonomika u soċjali – Għajnuna strutturali – Finanzjament Komunitarju – Deċiżjoni dwar il-waqfien ta’ għajnuna finanzjarja (Regolament tal-Kunsill Nru 4253/88, kif emendat bir-Regolament Nru 2082/93, Artikolu 25(5)) (ara l-punti 61-74)

Suġġett

Prinċipalment, l-annullament ta’ deċiżjoni inkluża fl-ittra tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 2003 dwar il-waqfien ta’ l-għajnuna FEŻR 98.05.26.001, l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar it-tnaqqis ta’ l-għajnuna, l-irtirar mill-għajnuna u l-irkupru tal-bilanċ finali ta’ l-għajnuna, kif ukoll l-annullament tal-punt 6.2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SEC (1999) 1316, tad-9 ta’ Settembru 1999, dwar linji gwida għall-għeluq finanzjajru ta’ interventi operattivi (1994-1999) tal-Fondi Strutturali, u, sussidjarjament, kumpens għad-dannu subit mir-rikorrenti u l-eżekuzzjoni tal-ftehim tat-13 ta’ Settembru 1999 konkluż bejn ir-rikorrenti u l-Kummissjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Nuova Gela Sviluppo Soc. Cons. pa hija kundannata għall-ispejjeż.