Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bayerische Verwaltungsgerichtshof (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Lulju 2013 – Zuchtvieh-Export GmbH vs Stadt Kempten

(Kawża C-424/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bayerischer Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Zuchtvieh-Export GmbH

Konvenut: Stadt Kempten

Domandi preliminari

L-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ vjaġġi twal ta’ Equidae domestiċi u ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-ifrat, tan-nagħaġ, tal-mogħoż u tal-ħnieżer, fejn il-post ta’ tluq ikun jinsab fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea iżda l-post ta’ destinazzjoni jkun f’pajjiż terz, l-awtorità kompetenti tal-post tat-tluq tista’ tittimbra l-ġurnal tal-abbord ippreżentat mill-organizzatur skont l-Artikolu 14(1)(c) biss jekk il-ġurnal tal-abbord jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 14(1)(a)(ii) għall-vjaġġ kollu mill-post tat-tluq sal-post tad-destinazzjoni, jiġifieri fir-rigward ukoll tal-partijiet tal-vjaġġ li jsiru kompletament barra mit-territorju tal-Unjoni Ewropea?L-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtorità tal-post tat-tluq, li għandha kompetenza skont din id-dispożizzjoni, tista’ tobbliga lill-organizzatur tat-trasport, skont l-Artikolu 14(1)(b) tar-Regolament, jemenda l-arranġamenti tal-vjaġġ twil b’mod li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament jiġu osservati għall-vjaġġ kollu mill-post tat-tluq sal-post tad-destinazzjoni, anki jekk ċerti partijiet tal-vjaġġ isiru esklużivament f’pajjiżi terzi?