Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Ir-Repubblika Slovakka vs Achmea BV

(Kawża C-284/16) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ftehim bilaterali ta’ investiment konkluż fl-1991 bejn ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u r-Repubblika Federali Ċeka u Slovakka u li għadu applikabbli bejn ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u r-Repubblika Slovakka – Dispożizzjoni li tippermetti lil investitur ta’ parti kontraenti jadixxi Tribunal Arbitrali fil-każ ta’ tilwima mal-parti kontraenti l-oħra – Kompatibbiltà mal-Artikoli 18, 267 u 344 TFUE – Kunċett ta’ “qorti jew tribunal” – Awtonomija tad-dritt tal-Unjoni)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ir-Repubblika Slovakka

Konvenuti: Achmea BV

Dispożittiv

L-Artikoli 267 u 344 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni inkluża fi ftehim internazzjonali konkluż bejn l-Istati Membri, bħall-Artikolu 8 tal-Ftehim fuq l-Inċentivazzjoni u l-Protezzjoni Reċiproċi tal-Investimenti bejn ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u r-Repubblika Federali Ċeka u Slovakka, skont liema investitur ta’ wieħed minn dawn l-Istati Membri jista’, fil-każ ta’ tilwima dwar investimenti fl-Istat Membru l-ieħor, iniedi proċedura kontra dan l-Istat Membru tal-aħħar quddiem Tribunal Arbitrali, li dan l-Istat Membru huwa obbligat jaċċetta l-kompetenza tiegħu.

____________

1     ĠU C 296, 16.8.2016.