Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2013 – Granette & Starorežná Distilleries vs UASI – Bacardi (42 VODKA JEMNÁ VODKA VYRÁBĚNÁ JEDINEČNOU TECHNOLOGIÍ 42% vol.)

(Kawża T-607/13)

Lingwa tar-rikors: Iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Granette & Starorežná Distilleries a.s. (Ústí nad Labem, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: T. Chleboun, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bacardi Co. Ltd (Vaduz, il-Liechtenstein)

Talbiet tar-rikorrenti

tgħaqqad il-proċeduri f’din il-kawża mal-proċeduri fil-Kawża T-435/12

tiċħad ir-rikors ippreżentat mill-parti l-oħra fil-proċeduri kontra d-deċiżjoni adottata mill-konvenut fid-9 ta’ Lulju 2012 fil-Każ R 2100/2011-2 (Kawża T-435/12);

tbiddel id-deċiżjoni tal-konvenut tas-16 ta’ Settembru 2013 fil-Każ R 1605/2012-2 fis-sens li tiġi miċħuda l-oppożizzjoni B 1753550 magħmula mill-parti l-oħra fil-proċedimenti kontra l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja “42 VODKA JEMNÁ VODKA VYRÁBĚNÁ JEDINEČNOU TECHNOLOGIÍ 42% vol”;tordna lill-konvenut u lill-parti oħra jbatu l-ispejjeż tar-rikorrenti.Motivi u argumenti prinċipaliApplikanti għat-trade mark Komunitarja: Granette & Starorežná DistilleriesTrade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “42 VODKA JEMNÁ VODKA VYRÁBĚNÁ JEDINEČNOU TECHNOLOGIÍ 42% vol.”Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Bacardi Co. LtdTrade mark jew sinjal invokat: it-trade marks internazzjonali u nazzjonali li jinkludu l-elementi verbali “42 BELOW”Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa fl-intier tagħhaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja