Language of document :

Appell ippreżentat fit-8 ta' Diċembru 2011 minn Harald Mische kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29 ta' Settemrbu 2011 fil-Kawża 93/05 - Mische vs Il-Parlament

(Kawża T-642/11 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Harald Mische (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: R. Holland, J. Mische, u M. Velardo, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29 ta' Settembru 2009 fil-Kawża F-93/05 Mische vs Il-Parlament u, sa fejn huwa possibbli tiddeċiedi fuq il-bażi tal-fatti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, u:

tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament tal-4 ta' Ottubru 2004 sa fejn tiddetermina l-grad tal-appellant;

tordna lill-Parlament tikkumpensa kull dannu kkawżat (li jinkludi danni għall-karriera tiegħu, legali u remunerazzjoni regolari, danni morali, bl-interessi moratorji eċċ);

tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż ta' dawn il-proċeduri u dawk quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka tliet aggravji.

L-ewwel aggravju, ibbażat fuq l-allegat żball tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku meta ddikjara r-rikors inammissibbli peress li ġie ppreżentat tardivament.

It-tieni aggravju, ibbażat fuq l-allegat żball tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku meta ddeċieda li r-rikors huwa inammissibbli peress li permezz tiegħu, l-appellant ma seta' jieħu ebda vantaġġ, u b'hekk ma kellux interess ġuridiku.

It-tielet aggravju, ibbażat fuq l-allegat żball tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku meta naqas li jiddiċiedi dwar il-motiv ibbażat fuq il-fondatezza tar-rikors, b'mod partikolari l-ksur tal-Artikolu 41(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u/jew tal-Artikolu 5(5) tar-Regolamenti tal-Persunal .

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 723/2004, tat-22 ta' Marzu 2004, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 01, Vol. 02, p. 130)