Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta' Settembru 2012 - Mische vs Il-Parlament
(Kawża T-642/11 P)
("Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ħatra - Klassifikazzjoni fi grad - Kompetizzjoni ppubblikata qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda - Żnaturament tal-fatti - Appell manifestament infondat")
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Harald Mische (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: R. Holland, J. Mische u M. Velardo, avukati)
Appellati: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Seyr u S. Alves, aġenti) ; u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Jensen u J. Herrmann, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tad-29 ta' Settembru 2011, Mische vs Il-Parlament (F-93/05, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta' din is-sentenza.
Dispożittiv
L-appell huwa miċħud.
H. Mische għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew fil-kuntest ta' din l-istanza.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
____________1 - ĠU C 49, 18.02.2012