Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta' April 2011 - EyeSense vs UASI - Osypka Medical (ISENSE)

(Kawża T-207/11)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: EyeSense AG (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentant: N. Aicher, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Osypka Medical GmbH (Berlin, il-Ġermanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-4 ta' Frar 2011 fil-Każ R 1098/2010-4;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż tal-proċedimenti ta' appell quddiem l-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Osypka Medical

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "ISENSE" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 10 u 42 - Applikazzjoni Nru 7 165 327

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali nazzjonali "EyeSense" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 10 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1, billi kien hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).