Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta' Awwissu 2012 - Vuitton Malletier vs UASI - Nanu-Nana (disinn iċċangjat)

(Kawża T-359/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Louis Vuitton Malletier (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: P. Roncaglia, G. Lazzaretti u N. Parrotta, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nanu-Nana Handelsgesellschaft mbH für Geschenkartikel & Co.KG (Berlin, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-4 ta' Mejju 2012, fil-Każ Nru R 1855/2011-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent f'dawn il-proċeduri; u

tikkundanna lil Nanu-Nana Handelsgesellschaft mbH für Geschenkartikel & Co.KG għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent fil-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u l-Bordijiet tal-Appell tal-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: it-trade mark figurattiva li tirrapreżenta disinn iċċangjat għal prodotti fil-klassi 18 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 370445

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell ressqet it-talba tagħha għal dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja fuq il-bażi ta' raġunijiet assoluti, speċifikament l-Artikolu 52(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(b), (ċ), (d), (e)(iii) u (f) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, u fuq il-bażi ta' raġunijiet assoluti taħt l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità milqugħa fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

-    ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009; u

-    ksur tal-Artikolu 7(3) u tal-Artikolu 52(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

____________