Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta' Awissu 2012 - Sachi Premium-Outdoor Furniture vs UASI - Gandia Blasco (Pultruni)

(Kawża T-357/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sachi Premium-Outdoor Furniture, Ldª (Estarreja, il-Portugall) (rappreżentant: M. Oehen Mendes, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gandia Blasco, SA (Valencia, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-27 ta' April 2012 (R 969/2011-3);

tiddikjara d-disinn tal-Komunità kkontestat Nru 1512633-0003 invalidu; u

tikkundanna l-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Disinn Komunitarju rreġistrat li huwa s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità : Disinn għal "pultruni, loungers" - disinn Komunitarju rreġistrat Nru 1512633-0003

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tad-disinn Komunitarju: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell talbet l-invalidità tad-DKR ibbażata fuq l-Artikoli 4 sa 9 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002; Reġistrazzjoni ta' disinn Komunitarju Nru 52113-0001, għal "pultruni"

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u disinn Komunitarju rreġistrat ikkontestat iddikjarat invalidu

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 5 sa 7 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002.

____________