Language of document :

Rikors ippreżentat fis-6 ta' Awwissu 2012 - Premiere Polish vs UASI - Donau Kanol (ECOFORCE)

(Kawża T-361/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Premiere Polish Co., Ltd (Cheltenham, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: C. Jones u M. Carter, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Donau Kanol GmbH & Co KG (Ried im Traunkreis, l-Awstrija)

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-8 ta' Ġunju 2012, fil-Każ R 851/2011-4;

tilqa' l-applikazzjoni Nru 8777005 tar-rikorrenti għal trade mark Komunitarja fl-intier tagħha jew inkella tirrinvija l-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell; u

tordna lill-Uffiċċju jħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "ECOFORCE" għal prodotti fil-klassi 3 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8777005

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 7243173 tat-trade mark figurattiva "ECO FORTE", għal prodotti fil-klassijiet 1, 3 u 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

____________