Language of document : ECLI:EU:T:2014:55





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Frar 2014 — Sachi Premium-Outdoor Furniture vs UASI – Gandia Blasco (Fauteuil)

(Kawża T‑357/12)

“Disinn jew mudell Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinn jew mudell Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta pultruna — Disinn jew mudell preċedenti — Raġuni ta’ invalidità — Assenza ta’ karattru individwali — Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”

1.                     Disinni Komunitarji — Raġunijiet għal invalidità — Assenza ta’ karattru individwali — Disinn li ma jagħtix lill-utent avżat impressjoni globali differenti minn dik mogħtija mid-disinn preċedenti — Rappreżentazzjoni ta’ pultruna (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikoli 6(1), u 25(1)(b)) (ara l-punti 14, 17, 18, 21, 31, 42, 60, 61)

2.                     Disinni Komunitarji — Raġunijiet għal invalidità — Assenza ta’ karattru individwali — Utent avżat — Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikoli 6(1), u 25(1)(b)) (ara l-punti 15, 16)

3.                     Disinni Komunitarji — Raġunijiet għal invalidità — Assenza ta’ karattru individwali — Disinn li ma jagħtix lill-utent avżat impressjoni globali differenti minn dik mogħtija mid-disinn preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Libertà tal-kreatur (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikoli 6(2), u 25(1)(b)) (ara l-punti 19, 20)

4.                     Disinni Komunitarji — Raġunijiet għal invalidità — Assenza ta’ karattru individwali — Disinn li ma jagħtix lill-utent avżat impressjoni globali differenti minn dik mogħtija mid-disinn preċedenti — Tendenza ġenerali fil-qasam tad-disinn — Assenza ta’ effett (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikoli 6(1), u 25(1)(b)) (ara l-punt 24)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI, tas-27 ta’ April 2012 (Każ R 969/2011-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Gianda Blasco, SA u Sachi Premium-Outdoor Furniture, Lda.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sachi Premium-Outdoor Furniture, Lda hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għall-ispejjeż tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)(UASI).

3)

Gianda Blasco, SA hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha.