Language of document : ECLI:EU:T:2013:525

DIGRIET TAL-QORTI ĠENERALI (Awla tal-Appell)

13 ta’ Settembru 2013

Kawża T‑358/12 P

Rosella Conticchio

vs

Il‑Kummissjoni Ewropea

“Appell – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Pensjonijiet – Deċiżjoni li tikkonċerna l-kalkolu tad-drittijiet għall-pensjoni – Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”

Suġġett:      Appell ippreżentat kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tat-12 ta’ Lulju 2012, Conticchio vs Il‑Kummissjoni (F‑22/11), intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Deċiżjoni:      L-appell huwa miċħud. Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

Sommarju

1.      Rikorsi tal-uffiċjali – Att li jikkawża preġudizzju – Kunċett – Deċiżjoni li tiffissa l-klassifikazzjoni fi skala ta’ uffiċjal, riflessa fid-dikjarazzjoni tas-salarju tiegħu ta’ kull xahar – Inklużjoni – Deċiżjoni li ma kinitx is-suġġett ta’ komunikazzjoni bil-miktub – Assenza ta’ effett

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 25, 90(2) u 91(1))

2.      Rikorsi tal-uffiċjali – Ilment amministrattiv li għandu jitressaq qabel – Termini – Bidu tad-dekorrenza

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

3.      Appell – Aggravji – Motiv imressaq għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell – Inammissibbiltà

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 48(2), 139(2) u 144)

4.      Proċedura – Deċiżjoni meħuda permezz ta’ digriet motivat – Kontestazzjoni – Kundizzjonijiet – Obbligu li tiġi kkontestata l-evalwazzjoni magħmula mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta’ dawn il-kundizzjonijiet

(Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikolu 76)

5.      Appell – Aggravji – Insuffiċjenza ta’ motivazzjoni – Użu mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta’ motivazzjoni impliċita – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 36 u Anness I, Artikolu 7(1))

1.      Ilment amministrattiv li għandu jitressaq qabel u r-rikors sussegwenti għandhom it-tnejn ikunu indirizzati kontra att li jikkawża preġudizzju lir-rikorrent, fis-sens tal-Artikoli 90(2) u 91(1) tar-Regolamenti tal-Persunal. L-att li jikkawża preġudizzju huwa dak li jipproduċi effetti ġuridiċi vinkolanti ta’ natura li jaffettwaw direttament u immedjatament l-interessi tar-rikorrent billi jbiddlu l-pożizzjoni legali tiegħu b’mod sinjifikattiv.

F’dan ir-rigward, il-kwalità ta’ att li jikkawża preġudizzju ta’ deċiżjoni li tiffissa l-klassifikazzjoni fi skala ta’ uffiċjal, riflessa fid-dikjarazzjoni tas-salarju tiegħu ta’ kull xahar, ma tistax tiġi kkonfutata minħabba li din id-deċiżjoni ma kinitx is-suġġett ta’ komunikazzjoni bil-miktub skont l-Artikolu 25 tar-Regolamenti tal-Persunal. Fil-fatt, jekk l-Artikolu 25 tar-Regolamenti tal-Persunal jimponi komunikazzjoni bil-miktub, mingħajr terminu, lill-uffiċjal ikkonċernat, ta’ kull deċiżjoni individwali, xorta jibqa’ l-fatt li l-komunikazzjoni hija att sussegwenti għad-deċiżjoni li teżisti minn qabel għaliha. Il-komunikazzjoni ta’ deċiżjoni ma hijiex b’hekk determinanti biex tiġi evalwata n-natura ta’ att li jikkawża preġudizzju ta’ din id-deċiżjoni. Din hija kkonfermata wkoll mill-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, fis-sens li l-att li jikkawża preġudizzju jista’ wkoll jikkonsisti f’astensjoni, peress li din tal-aħħar ma hijiex, bħala tali, is-suġġett ta’ komunikazzjoni bil-miktub min-naħa tal-istituzzjoni.

Barra minn hekk, jekk dikjarazzjoni tas-salarju, li min-natura u l-iskop tagħha, ma għandhiex, bħala tali, il-karatteristiċi ta’ att li jikkawża preġudizzju, peress li tittraduċi biss, f’termini monetarji, il-portata ta’ deċiżjonijiet ġuridiċi preċedenti dwar il-pożizzjoni tal-uffiċjal, xorta jibqa’ l-fatt li, fil-livell tal-proċedura, id-dikjarazzjoni tas-salarju tista’ tikkostitwixxi att li jipproduċi effetti legali preċiżi fir-rigward tar-riċevitur tagħha. Fil-fatt, l-effett tal-għoti tad-dikjarazzjoni tas-salarju ta’ kull xahar huwa li jibdew jiddekorru t-termini għall-preżentata ta’ lment u ta’ rikors kontra deċiżjoni amministrattiva meta din id-dikjarazzjoni tindika b’mod ċar l-eżistenza u l-portata ta’ din id-deċiżjoni. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-rendikonti tar-remunerazzjoni, trażmessi ta’ kull xahar u li fihom il-kalkolu tad-drittijiet monetarji, jistgħu jikkostitwixxu atti li jikkawżaw preġudizzju, li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ lment u, jekk ikun il-każ, ta’ rikors.

(ara l-punti 21 sa 23)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 21 ta’ Frar 1974, Kortner et vs Il‑Kunsill et, 15/73 sa 33/73, 52/73, 57/73 sa 109/73, 116/73, 117/73, 123/73, 132/73 u 135/73 sa 137/73, Ġabra p. 177, punt 18; 21 ta’ Jannar 1987, Stroghili vs Il‑Qorti tal-Awdituri, 204/85, Ġabra, p. 389, punt 6

Il‑Qorti Ġenerali: 19 ta’ Ottubru 1995, Obst vs Il‑Kummissjoni, T‑562/93, ĠabraSP p. I-A-247 u II-737, punt 23; 23 ta’ April 1996, Mancini vs Il‑Kummissjoni, T‑113/95, ĠabraSP, p. I-A-185 u II-543, punt 23; 6 ta’ Ġunju 1996, Baiwir vs Il‑Kummissjoni, T‑391/94, ĠabraSP p. I-A-269 u II-787, punt 34; 24 ta’ Marzu 1998, Becret-Danieau et vs Il‑Parlament, T‑232/97, ĠabraSP p. I-A-157 u II-495, punti 31 u 32; 16 ta’ Frar 2005, Reggimenti vs Il‑Parlament, T‑354/03, ĠabraSP p. I-A-33 u II-147, punti 38 u 39; 22 ta’ Marzu 2006, Strack vs Il‑Kummissjoni, T‑4/05, ĠabraSP p. I-A-2-83 u II-A-2-361, punt 35

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 26)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 39)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 30 ta’ Marzu 2000, VBA vs VGB et C‑266/97 P, Ġabra p. I-2135, punt 79; 21 ta’ Settembru 2006, JCB Service vs Il‑Kummissjoni, C‑167/04 P, Ġabra p. I-8935, punt 114; 21 ta’ Jannar 2010, Iride u Iride Energia vs Il‑Kummissjoni, C‑150/09 P, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punti 73 u 74

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 45)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 3 ta’ Ġunju 2005, Killinger vs Il‑Ġermanja et, C‑396/03 P, Ġabra p. I-4967, punt 9; 19 ta’ Frar 2009, Gorostiaga Atxalandabaso vs Il‑Parlament, C‑308/07 P, Ġabra, p. I‑1059, punt 36

Il-Qorti Ġenerali: 16 ta’ Diċembru 2010, Meister vs UASI, T‑48/10 P, punt 29

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 54)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 6 ta’ Settembru 2012, Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej u Il‑Polonja vs Il‑Kummissjoni, C‑422/11 P u C‑423/11 P, punt 48 u l-ġurisprudenza ċċitata