Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2016 – Makhlaouf vs Il-Kunsill
(Kawża T-443/13) 1
(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja – Iffriżar ta’ fondi – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Dritt għall-proprjetà – Dritt għar-rispett tal-ħajja privata – Proporzjonalità”)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Mohammed Makhlaouf (Damasku, is-Sirja) (rappreżentanti: R. Rygaert u G. Karouni, avukati)
Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M.-M. Joséphidès u G. Étienne, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK, tal-31 ta’ Mejju 2013, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 147, p. 14), sa fejn dan l-att jikkonċerna lir-rikorrent.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Mohammed Makhlaouf huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
____________1 ĠU C 325, 9.11.2013.