Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Diċembru 2022 – Meta Platforms Ireland Limited vs Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände - Verbraucherzentrale Bundesverband e.V.

(Kawża C-757/22, Meta Platforms Ireland)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Meta Platforms Ireland Limited

Konvenut: Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände - Verbraucherzentrale Bundesverband e.V.

Domanda preliminari

Ksur tad-dritt “b’riżultat tal-ipproċessar” fis-sens tal-Artikolu 80(2) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) 1 , huwa invokat meta assoċjazzjoni għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi tibbaża l-azzjoni tagħha fuq il-fatt li d-drittijiet ta’ persuna kkonċernata huma miksura għaliex l-obbligi ta’ informazzjoni previsti fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 12(1), moqrija flimkien mal-Artikolu 13(1)(c) sa (e) tar-Regolament 2016/679 u li jirrigwardaw l-għan tal-ipproċessar tad-data personali ma ġewx osservati?

____________

1 ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2.