Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta' Novembru 2012 - Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-616/11 P) 

["Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ċaħda tar-rikors fl-ewwel istanza bħala manifestament nieqes minn kull bażi legali - Dannu allegatament imġarrab mill-appellanti - Rimbors tal-ispejjeż li setgħu ġew evitati - Artikolu 94(a) tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku"]

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-8 ta' Settembru 2011, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-69/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta' dan id-digriet.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni fil-kuntest ta' din l-istanza.

____________

1 - ĠU C 25, 28.01.2012.