Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 – De Nicola vs BEI
(Kawża T-618/11 P) 1
“Appell – Servizz pubbliku – Persunal tal-BEI – Evalwazzjoni – Promozzjoni – Proċedura ta’ evalwazzjoni u ta’ promozzjoni 2008 – Deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appell – Portata tal-istħarriġ – Rapport ta’ evalwazzjoni – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Terminu raġonevoli – Talba għal annullament – Talba għal ħlas ta’ kumpens għad-danni – Litispendance”
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellant: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)
Appellat: Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: inizjalment minn T. Gilliams u F. Martin, sussegwentement minn T. Gilliams u G. Nuvoli, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Settembru 2011, De Nicola vs BEI (F-13/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u bil-għan tal-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Settembru 2011, De Nicola vs BEI (F-13/10) hija annullata, sa fejn din tiċħad it-talbiet ta’ Carlo De Nicola bil-għan tal-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appell tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI).
Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.
Ir-rikors ippreżentat minn C. De Nicola quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-13/10 huwa miċħud.
C De Nicola għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti mill-BEI relatati mal-proċeduri kemm quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kif ukoll tal-istanza preżenti.
Il-BEI għandu jbati nofs l-ispejjeż tiegħu relatati kemm mal-proċeduri quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kif ukoll ma’ dawk tal-istanza preżenti.
____________1 ĠU C 25, 28.01.2012.