DIGRIET TAL-QORTI ĠENERALI
8 ta’ Novembru 2012
Kawża T‑616/11 P
Luigi Marcuccio
vs
Il-Kummissjoni Ewropea
“Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Ċaħda tar-rikors fl-ewwel istanza bħala manifestament nieqes minn kull bażi legali — Dannu allegatament imġarrab mill-appellanti — Rimbors tal-ispejjeż li setgħu ġew evitati — Artikolu 94(a) tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku”
Suġġett: Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Settembru 2011, Marcuccio vs Il‑Kummissjoni (F‑69/10), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.
Deċiżjoni: L-appell huwa miċħud. Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni fil-kuntest ta’ din l-istanza.
Sommarju
1. Uffiċjali — Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-istituzzjonijiet — Kundizzjonijiet — Illegalità — Dannu — Rabta kawżali — Deċiżjoni vvizzjata minn ksur tad-dritt għall-kunfidenzjalità — Kundizzjoni mhux suffiċjenti biex twassal għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni — Realtà tad-dannu u rabta kawżali — Oneru tal-prova
(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 340, TFUE)
2. Appell — Aggravji — Aggravju fformulat kontra motiv ta’ sentenza li ma huwiex neċessarju sabiex jiġi ġġustifikat id-dispożittiv tagħha — Aggravju ineffettiv
3. Appell — Aggravji — Aggravju indirizzat kontra d-deċiżjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fuq l-ispejjeż — Inammissibbiltà fil-każ ta’ ċaħda tal-motivi l-oħra kollha
(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Anness I, Artikolu 11(2))
1. L-istabbiliment tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni jippreżumi li jiġu sodisfatti numru ta’ kundizzjonijiet kumulattivi relatati mal-illegalità tal-aġir li bih hija akkużata l-istituzzjoni konvenuta, mar-realtà tad-dannu allegat u mal-eżistenza ta’ rabta kawżali bejn l-aġir ikkritikat u d-dannu invokat.
Il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata b’illegalità, bħal ksur tad-dritt għall-kunfidenzjalità, ma huwiex kundizzjoni suffiċjenti għall-istabbiliment tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni għal atti illegali tal-korpi tagħha, peress li l-istabbiliment ta’ tali responsabbiltà jippreżumi li r-rikorrent irnexxielu juri r-realtà tad-dannu li huwa allega u r-rabta kawżali bejn dan id-dannu u l-illegalità invokata.
(ara l-punti 36, 37 u 41)
Referenza:
Il-Qorti Ġenerali: 28 ta’ Settembru 2009, Marcuccio vs Il-Kummissjoni, T‑46/08 P, ĠabraSP p. I‑B‑1‑77 u II‑B‑1‑479, punti 66 u 67, u l-ġurisprudenza ċċitata; 6 ta’ Lulju 2010, Marcuccio vs Il‑Kummissjoni, T‑401/09, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 26; 16 ta’ Diċembru 2010, Il‑Kummissjoni vs Petrilli, T‑143/09 P, , punt 45, u l-ġurisprudenza ċċitata
2. Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 44)
Referenza:
Il-Qorti tal-Ġustizzja: 29 ta’ April 2004, Il‑Kummissjoni vs CAS Succhi di Frutta, C‑496/99 P, Ġabra p. I‑3801, punt 68, u l-ġurisprudenza ċċitata
3. Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 47 u 52)
Referenza:
Il-Qorti Ġenerali: 9 ta’ Settembru 2009, Nijs vs Il‑Qorti tal‑Awdituri, T‑375/08 P, ĠabraSP p. I‑B‑1‑65 u II‑B‑1‑413, punt 71, u l-ġurisprudenza ċċitata; 18 ta’ Ottubru 2010, Marcuccio vs Il‑Kummissjoni, T‑515/09 P, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, punt 59; 20 ta’ Ġunju 2011, Marcuccio vs Il‑Kummissjoni, T‑256/10 P, punt 77