Language of document : ECLI:EU:T:2013:479

SENTENZA TAL-QORTI ĠENERALI (Awla tal-Appell)

16 ta’ Settembru 2013

Kawża T‑618/11 P

Carlo De Nicola

vs

Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI)

“Appell – Servizz pubbliku – Persunal tal-BEI – Evalwazzjoni – Promozzjoni – Proċedura ta’ evalwazzjoni u ta’ promozzjoni 2008 – Deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appell – Portata tal-istħarriġ – Rapport ta’ evalwazzjoni – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Terminu raġonevoli – Talba għal annullament – Talba għall-ħlas ta’ kumpens għad-danni – Lis alibi pendens”

Suġġett:      Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Settembru 2011, De Nicola vs BEI (F-13/10), intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Deċiżjoni:      Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tat-28 ta’ Settembru 2011, De Nicola vs BEI (F‑13/10) hija annullata, sa fejn tiċħad it-talbiet ta’ Carlo De Nicola għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appell tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI). Il-kumplament tal-appell huwa miċħud. Ir-rikors ippreżentat minn C. De Nicola quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F‑13/10 huwa miċħud. C De Nicola għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti mill-BEI relatati mal-proċeduri kemm quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kif ukoll tal-istanza preżenti.

Sommarju

1.      Rikorsi tal-uffiċjali – Membri tal-persunal tal-Bank Ewropew tal-Investiment – Rikors indirizzat kontra deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appell fil-qasam tal-evalwazzjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Portata

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 91; Regolamenti tal-Persunal tal-Bank Ewropew tal-Investiment, Artikolu 22)

2.      Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill-Qorti Ġenerali tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58 u Anness I, Artikolu 11)

3.      Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Espożizzjoni dettaljata tal-motivi u tal-argumenti invokati quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikolu 35(1)(e))

4.      Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Osservanza ta’ terminu raġonevoli – Proċedura amministrattiva – Proċedura ġudizzjarja – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 47 u 52(1); Regolamenti tal-Persunal tal-Bank Ewropew tal-Investiment, Artikolu 41)

5.      Appell – Aggravji – Stħarriġ mill-Qorti Ġenerali tal-eżattezza tal-klassifikazzjoni ġuridika kkonstatata mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku – Ammissibbiltà

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58 u Anness I, Artikolu 11)

6.      Rikorsi tal-uffiċjali – Membri tal-persunal tal-Bank Ewropew tal-Investiment – Rikors għal annullament li ma ġiex ippreżentat fit-termini – Rikors għad-danni intiż għal riżultat identiku – Inammissibbiltà

7.      Proċedura ġudizzjarja – Eċċezzjoni ta’ lis alibi pendens – Identiċità tal-partijiet, tas-suġġett u tal-motivi taż-żewġ rikorsi – Inammissibbiltà tar-rikors ippreżentat fit-tieni lok

8.      Appell – Aggravji – Stħarriġ mill-Qorti Ġenerali tar-rifjut tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li jordna miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura jew istruttorji – Portata

(Artikolu 256(2) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Anness I, Artikolu 11)

1.      Anki jekk wieħed iqis li t-talbiet indirizzati kontra d-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appell tal-Bank Ewropew tal-Investiment għandhom bħala għan dak li tintalab il-qorti tal-Unjoni tieħu konjizzjoni ta’ rapport ta’ evalwazzjoni li kontrih tkun tressqet talba amministrattiva, dan il-fatt ma jiġġustifikax, fih innifsu, li l-qorti tal-Unjoni sempliċement teżamina t-talbiet indirizzati kontra r-rapport kontenzjuż, jew saħansitra tirrinunzja kompletament għall-istħarriġ tal-fondatezza tad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appell, sa fejn il-kumitat ikollu s-setgħa sħiħa ta’ stħarriġ li jawtorizzah jissostitwixxi l-evalwazzjonijiet li jidhru f’dan ir-rapport b’dawk tiegħu, setgħa li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma jkunx jista’, min-naħa tiegħu, jinvoka. Fil-fatt, ir-rinunzja eventwali żbaljata mill-Kumitat tal-Appell għal dan l-istħarriġ sħiħ inaqqas għall-persuna interessata istanza ta’ stħarriġ prevista mir-regoli interni tal-Bank u għaldaqstant jikkawżalha preġudizzju, b’mod li hija trid tkun tista’ tiġi suġġetta għall-istħarriġ tal-qorti tal-ewwel istanza.

Barra minn hekk, fid-dawl tas-setgħa ta’ stħarriġ sħiħ tal-Kumitat tal-Appell, li hija minħabba f’hekk iktar wiesgħa minn dik tal-qorti, f’dak li jirrigwarda l-evalwazzjonijiet li jinsabu u l-marki mogħtija fir-rapport inkwistjoni, huwa importanti għall-qorti tal-ewwel istanza li tivverifika, ċertament fil-kuntest tal-istħarriġ limitat tagħha, jekk u sa fejn l-imsemmi kumitat ikun wettaq dan id-dmir ta’ stħarriġ sħiħ skont ir-regoli applikabbli. Huwa preċiżament minħabba dan l-istħarriġ sħiħ li l-effetti ġuridiċi ta’ deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appell ma jikkoinċidux neċessarjament ma’ dawk ta’ rapport ta’ evalwazzjoni suġġett għall-istħarriġ tiegħu u jistgħu, għaldaqstant, jikkawżaw preġudizzju mod ieħor, ħaġa li l-legalità tagħha hija l-qorti li għandha tistħarreġ jekk tintalab tagħmel dan.

(ara l-punti 42 u 43)

Referenza:

Il-Qorti Ġenerali: 23 ta’ Frar 2001, De Nicola vs BEI, T-7/98, T-208/98 u T‑109/99, ĠabraSP P. I-A-A49 u II-185, punt 132; 22 ta’ Ottubru 2002, Pflugradt vs BĊE, T-178/00 u T-341/00, Ġabra p. II-4035, punt 69; 27 ta’ April 2012, De Nicola vs BEI, T-37/10 P, punti 49, 49, 52 sa 54

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 52)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 2 ta’ Ottubru 2001, BEI vs Hautem, C-449/99 P. Ġabra p. I‑6733, punt 44; 5 ta’ Ġunju 2003, O’Hannrachain vs Il‑Parlament, C-121/01 P, Ġabra p. I-5539, punt 35; 27 ta’ April 2006, L vs Il-Kummissjoni, C-230/05 P, punt 45

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 57)

Referenza:

Il-Qorti Ġenerali: 12 ta’ Marzu 2008, Giannini vs Il-Kummissjoni, T-100/04, ĠabraSP p. I-A-2-9 u II-A-2-37, punti 61 u 62, u l-ġurisprudenza ċċitata

4.      Meta t-tul ta’ proċedura ma jkunx stabbilit minn dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, in-natura raġonevoli ta’ terminu meħud minn istituzzjoni sabiex tadotta l-att inkwistjoni għandu jiġi evalwat fid-dawl tal-fatti kollha ta’ kull każ u, b’mod partikolari, tal-kwistjonijiet tat-tilwima għall-persuna interessata, tal-kumplessità tal-kawża u tal-aġir tal-partijiet preżenti. B’dan il-mod, in-natura raġonevoli ta’ terminu ma tiġix stabbilita b’riferiment għal limitu massimu preċiż, iddeterminat b’mod astratt, imma għandu jiġi evalwat f’kull każ skont iċ-ċirkustanzi tal-kawża. Barra minn hekk, fid-dawl tar-rekwiżit ta’ koerenza, għandu jiġi applikat il-kunċett ta’ terminu raġonevoli bl-istess mod ta’ meta jikkonċerna rikors jew talba li għalihom l-ebda dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni ma tkun ipprevediet it-terminu li fih ikun irid jiġi ppreżentat dan ir-rikors jew din it-talba. Fiż-żewġ każijiet, il-qorti tal-Unjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-każ.

(ara l-punt 74)

Referenza:

Il-Qorti Ġenerali: 28 ta’ Frar 2013, Réexamen Arango Jaramillo et vs BEI, C‑334/12 RX-II, punti 25 sa 46

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 77)

Referenza:

Il-Qorti Ġenerali: 18 ta’ Lulju 2011, Marcuccio vs Il-Kummissjoni, T-450/10 P, punt 31

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 96)

7.      Rikors ippreżentat wara ieħor, li jopponi l-istess partijiet, li huwa bbażat fuq l-istess motivi u li jkun indirizzat kontra l-istess att ġuridiku, għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli minħabba lis alibi pendens, mingħajr ma jkun hemm bżonn li din l-eċċezzjoni tkun prevista minn regola espliċita tad-dritt. F’dan ir-rigward, distinzjoni mwettqa minn rikorrent bejn l-istanzi ġudizzjari differenti ma tistax tintlaqa’, peress li s-sustanza tas-suġġett tat-tilwima tkun baqgħet l-istess fl-istanzi kollha.

(ara l-punt 98)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 24 ta’ Novembru 2005, L-Italja vs Il-Kummissjoni, C‑138/03, Ġabra p. I-10043, punt 64; 9 ta’ Ġunju 2011, Diputación Foral de Vizcaya vs Il-Kummissjoni, C-465/09 P sa C-470/09 P, punt 58

8.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 106)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 24 ta’ Settembru 2009, Erste Group Bank et vs Il‑Kummissjoni, C-125/07 P, C-133/07 P, C-135/07 P u C-137/07, p. Ġabra p. I‑8681, punt 319; 10 ta’ Ġunju 2010, Thomson Sales Europe vs Il-Kummissjoni, C-498/09 P, punt 138