Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ġunju 2014 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-260/11) 1

(“Sajd – Konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin tal-baħar – Eċċess minn Spanja tal-kwoti tal-kavalli fiż-żoni VIII c, IX u X u fl-ilmijiet tal-Unjoni Ewropea tal-Copace 34.1.1 attribwiti għall-2010 – Tnaqqis fuq il-kwoti ta’ ħut allokati għas-snin 2011 sa 2015 – Drittijiet tad-difiża – Ċertezza legali – Aspettattivi leġittimi – Ugwaljanza fit-trattament”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment N. Díaz Abad u L. Banciella Rodríguez-Miñón, sussegwentement M. Sampoll Pucurull u Banciella Rodríguez-Miñón, abogados del Estado)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet, F. Jimeno Fernández u D. Nardi, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 165/2011, tat-22 ta’ Frar 2011, li jipprovdi għal tnaqqis minn ċerti kwoti tal-kavalli allokati lil Spanja għall-2011 u fis-snin sussegwenti minħabba s-sajd żejjed fl-2010 (ĠU L 48, p. 11).DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.