Language of document : ECLI:EU:T:2013:566





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Ottubru 2013 – Zinātnes, inovāciju un testēšanas centrs vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑259/11)

“Rikors għal annullament — Programme Phare — Proġett dwar l-iżvilupp ta’ ċentru ta’ innovazzjoni u ta’ prova ta’ prodotti tal-kostruzzjoni — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tipproċedi għall-irkupru ta’ parti mis-somom mħallsa — Nuqqas ta’ interess dirett — Inammissibbiltà”

Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi u ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Interess dirett — Kriterji — Deċiżjoni tal-Kummissjoni indirizzata lil Stat Membru sabiex jipproċedi bl-irkupru ta’ parti mis-somom imħallsa fil-kuntest ta’ programm PHARE — Rikors ippreżentat mill-assoċjazzjoni xjentifika li rċeviet dawn is-somom — Assenza ta’ interess dirett — Inammissibbiltà (ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 263, TFUE) (ara l-punti 37-39, 42)

Suġġett

Rikors ippreżentat mill-assoċjazzjoni Zinātnes, inovāciju un testēšanas centrs, skont l-Artikolu 263 TFUE, intiż li jikseb l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ġiet innotifikata lill-Ministeru tal-Finanzi tar-Repubblika tal-Latvja permezz tal-ittra tas-16 ta’ Novembru 2010.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

It-talba għal aċċess għal dokumenti tal-Kummissjoni hija wkoll miċħuda.

3)

Zinātnes, inovāciju un testēšanas centrs hija kkundannata għall-ispejjeż.

4)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet ta’ intervent tar-Repubblika tal-Latvja u tar-Repubblika tal-Litwanja.