Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Cluj - ir-Rumanija) – Alfasoft S.A. vs Agenția pentru Întreprinderi Mici și Mijlocii, Atragere de Investiții și Promovare a Exportului Cluj-Napoca
(Kawża C-474/23 1 , Alfasoft)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) u l-Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Rekwiżit ta’ indikazzjoni tar-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta mill-Qorti tal-Ġustizzja – Assenza ta’ preċiżazzjonijiet suffiċjenti – Inammissibbiltà manifesta)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Cluj
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Alfasoft S.A.
Konvenuti: Agenția pentru Întreprinderi Mici și Mijlocii, Atragere de Investiții și Promovare a Exportului Cluj-Napoca
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (il-Qorti tal-Appell ta’ Cluj, ir-Rumanija), permezz ta’ deċiżjoni tat-3 ta’ Lulju 2023, hija manifestament inammissibbli.
____________
1 Data tal-preżentata: 25.7.2023