Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2013 – Federación Nacional de Cafeteros de Colombia vs UASI - Hautrive (COLOMBIANO HOUSE)

(Kawża T-387/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Federación Nacional de Cafeteros de Colombia (Bogotá, il-Kolombja) (rappreżentanti: A. Pomares Caballero u M. Pomares Caballero, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nadine Helene Jeanne Hautrive (Chatou, Franza)

Talbiet

temenda d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-17 ta’ Mejju 2012, fil-Każ R 757/2012-5, billi tqis li huma ssodisfatti f’dan il-każ ir-rekwiżiti għall-applikazzjoni tar-raġuni relattiva għal rifjut ta’ reġistrazzjoni li tinsab fl-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009;

inkella, fin-nuqqas, tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

u fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tagħha u dawk tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipaliApplikanti għat-trade mark Komunitarja: Nadine Helene Jeanne HautrivTrade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “COLOMBIANO HOUSE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 25 u 43 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 225 798Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrentiTrade mark jew sinjal invokat: indikazzjoni ġeografika protetta li tinkludi l-elementi verbali “Café de Colombia”Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjon

i: oppożizzjoni miħudaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudM

otivi invokati:ksur tal-Artikolu 14 tar-Regolament Nru 510/2006;ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mal-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 510/2006; ksur ta’ rekwiżit proċedurali minħabba nuqqas t

a’ motivazzjoni.