Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2013 – Costa Crociere vs UASI - Guerlain (SAMSARA)
(Kawża T-388/13)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Costa Crociere SpA (Genova, l-Italja) (rappreżentanti: A. Vanzetti, S. Bergia u G. Sironi, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Guerlain SA (Levallois-Perret, Franza)
Talbiet
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell, tat-13 ta’ Mejju 2013, mogħtija fil-Każ R 2049/2011-4; u
tordna lill-partijiet l-oħra sabiex iħallsu lura l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti quddiem l-UASI, kif ukoll matul il-proċeduri preżenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali SAMSARA għal servizzi fil-klassi 44 – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 8 979 122
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 497 966 tat-trade mark verbali SAMSARA għal prodotti fil-klassi 3
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa kollha kemm hi
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja 1 .
____________1 ĠU L 78, p. 1.