Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Settembru 2014 – Kėdainių rajono Okainių et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-386/13) 1

(“Rikors għal annullament - Politika agrikola komuni - Skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa – Awtorizzazzjoni għall-għoti ta’ pagamenti diretti nazzjonali kumplimentari fil-Litwanja għall-2012 – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Bidu tad-dekorrenza – Inamissibbiltà – Eċċezzjoni ta’ illegalità”)

Lingwa tal-kawża: il-Litwanjan

Partijiet

Rikorrenti: Kėdainių rajono Okainių ŽŪB (Okainių, il-Litwanja) u l-134 rikorrent ieħor li isimhom jidher fl-anness għad-digriet (rappreżentant: I. Vėgėlė, avukat)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Vaičiukaitė u E. Karlsson, aġenti); u l-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Kranenborg u A. Steiblytė, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-partijiet rikorrenti : Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: D. Kriaučiūnas, K. Vainienė, A. Karbauskas, R. Makelis u K. Anužis, aġenti)

Suġġett

Minn naħa waħda, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni C (2012) 4391 finali, tat-2 ta’ Lulju 2012, li tawtorizza l-għoti ta’ pagamenti diretti nazzjonali kumplementari fil-Litwanja għall-2012 u, min-naħa l-oħra, talba intiża sabiex tiġi kkonstatata l-illegalità parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40, p. 269).Dispożittiv Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. Kėdainių rajono Okainių ŽŪB u l-134 rikorrent ieħor li isimhom jidher fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mill-Kummissjoni Ewropea. Ir-Repubblika tal-Litwanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.