Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 26 ta’ Frar 2015 – Costa Crociere vs UASI – Guerlain (SAMSARA)

(Kawża T-388/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SAMSARA – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti SAMSARA – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Costa Crociere SpA (Gênes, l-Italja) (rappreżentanti: A. Vanzetti, S. Bergia u G. Sironi, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Guerlain SA (Levallois-Perret, Franza) (rappreżentanti: C. Costa u M. Baccarelli, avukati)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta’ Mejju 2013 (Każ R 2049/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Guerlain SA u Costa Crociere SpA.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Costa Crociere SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.