Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-18 ta’ Settembru 2015 –
Federación Nacional de Cafeteros de Colombia vs UASI – Hautrive (COLOMBIANO HOUSE)
(Kawża T‑387/13)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva COLOMBIANO HOUSE – Indikazzjoni ġeografika protetta preċedenti Café de Colombia – Artikoli 13 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”
1. Trade mark Komunitarja – Dispożizzjonijiet proċedurali – Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 75) (ara l-punti 16, 17)
2. Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark mhux irreġistrata jew ta’ sinjal ieħor li jintuża fil-kummerċ – Kundizzjonijiet – Evalwazzjoni fid-dawl tal-kriterji stabbiliti mid-dritt nazzjonali li jirregola s-sinjal invokat (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 8(4), u 41(1)(ċ)) (ara l-punti 25, 26)
3. Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark mhux irreġistrata jew ta’ sinjal ieħor li jintuża fil-kummerċ – Oppożizzjoni bbażata fuq l-indikazzjoni ġeografika protetta – Dispożizzjonijiet applikabbli – Applikazzjoni tal-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 510/2006 u tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009 (Regolamenti tal-Kunsill Nru 510/2006, Artikolu 13, u Nru 207/2009, Artikolu 8(4)) (ara l-punti 39‑41, 52)
Suġġett
| Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tas‑17 ta’ Mejju 2013 (Każ R 757/2012‑5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn il-Federación Nacional de Cafeteros de Colombia u Nadine Hélène Jeanne Hautrive. |
Dispożittiv
1) | | Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas‑17 ta’ Mejju 2013 (Każ R 757/2012‑5), hija annullata. |
2) | | L-UASI għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Federación Nacional de Cafeteros de Colombia. |
3) | | Nadine Hélène Jeanne Hautrive għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |