Language of document : ECLI:EU:C:2009:615

Kawża C-40/08

Asturcom Telecomunicaciones SL

vs

Cristina Rodríguez Nogueira

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia n 4 de Bilbao)

“Direttiva 93/13/KEE — Kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Klawżola ta’ arbitraġġ inġusta — Nullità — Deċizjoni ta’ arbitraġġ li tkun saret res judicata — Eżekuzzjoni inforzata — Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali ta’ eżekuzzjoni li tqajjem ex officio n-nullità tal-klawżola ta’ arbitraġġ inġusta — Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività”

Sommarju tas-sentenza

Approssimazzjoni tal-liġijiet — Klawżoli inġusti f’kunratti konklużi mal-konsumaturi — Direttiva 93/13

(Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, Artikolu 6(1))

Id-Direttiva 93/13, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandha tiġi interpretata fis-sens li qorti nazzjonali adita b’rikors għall-eżekuzzjoni inforzata ta’ deċiżjoni ta’ arbitraġġ li tkun saret res judicata u li tkun ingħatat fil-kontumaċja tal-konsumatur, hija marbuta, meta jkollha għad-dispożizzjoni tagħha l-elementi ta’ dritt u ta’ fatt neċessarji għal dan il-għan, li tevalwa ex officio n-natura inġusta tal-klawżola ta’ arbitraġġ li tinsab f’kuntratt konkluż bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur, sa fejn, skont ir-regoli proċedurali nazzjonali, hija tkun tista’ teffettwa tali evalwazzjoni fil-kuntest ta’ rikorsi simili ta’ natura nazzjonali. Jekk dan ikun il-każ, hija din il-qorti li għandha tislet il-konsegwenzi kollha li jirriżultaw minn din l-evalwazzjoni skont id-dritt nazzjonali sabiex tiżgura li l-konsumatur ma jkunx marbut minn din il-klawżola.

Fid-dawl ta’ din l-evalwazzjoni, għandu jiġi ppreċiżat li, fid-dawl tan-natura u tal-importanza tal-interess pubbliku li fuqu hija bbażata l-protezzjoni li d-Direttiva 93/13 tagħti lill-konsumatur, l-Artikolu 6 tagħha għandu jitqies li huwa regola ekwivalenti għar-regoli nazzjonali li għandhom, fis-sistema legali nazzjonali, il-grad ta’ regoli ta’ ordni pubbliku.

(ara l-punti 52, 59 u d-dispożittiv)