Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Diċembru 2023 – Stadtwerke Frankfurt am Main vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-63/21) 1
(“Kompetizzjoni – Konċentrazzjonijiet – Swieq tal-elettriku u tal-gass Ġermaniżi – Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern – Rikors għal annullament – Nuqqas ta’ interess ġuridiku – Inammissibbiltà”)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Stadtwerke Frankfurt am Main Holding GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Schalast, H. Löschan u Y. Salamati, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Meessen u C. Zois, aġenti, assistiti minn F. Haus, L. Rundel u F. Schmidt, avukati)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: E.ON SE (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Grave, C. Barth u D.-J. dos Santos Goncalves, avukati), RWE AG (Essen) (rappreżentanti: U. Scholz, J. Ziebarth u J. Siegmund, avukati)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 6530 finali, tas-17 ta’ Settembru 2019, li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE (Każ M.8870 – E.ON/Innogy).
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
Stadtwerke Frankfurt am Main Holding GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea, minn E. ON SE u minn RWE AG.
____________
1 ĠU C 138, 19.4.2021.