Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2021 – Neoperl vs EUIPO (rappreżentazzjoni ta’ komponent ċilindriku għall-viti tal-ima)

(Kawża T-487/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Neoperl AG (Reinach, l-Isvizzera) (rappreżentanti: H. Börjes-Pestalozza u U. Kaufmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark ta’ pożizzjoni tal-Unjoni (Rappreżentazzjoni ta’ komponent ċilindriku għall-viti tal-ilma) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 786 544

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Ġunju 2021 fil-Każ R 2327/2019-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________