Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta' Ġunju 2010 - Imperial Chemical Industries vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-66/01) 1

"Kompetizzjoni - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Suq tas-soda fir-Renju Unit - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 82 KE - Preskrizzjoni tas-setgħa tal Kummissjoni li timponi multi jew sanzjonijiet - Terminu raġonevoli - Forom proċedurali sostanzjali - Res judicata - Eżistenza ta' pożizzjoni dominanti - Abbuż minn pożizzjoni dominati - Effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri - Multa - Gravità u tul tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Imperial Chemical Industries Ltd, li kienet Imperial Chemical Industries plc (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment D. Vaughan, D. Anderson, QC, S. Lee, barrister, S. Turner, S. Berwick u R. Coles, solicitors, sussegwentement D. Vaughan, S. Lee, S. Berwick u S. Ford, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u P. Oliver, aġenti, assistiti minn J. Flynn, QC, u C. West, barrister)

Suġġett

Prinċiplament, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/7/KE, tat-13 ta' Diċembru 2000, dwar proċedura skont l-Artikolu 82 [KE] (Każ COMP/33.133 - D: Karbonat tas-sodju - ICI), (ĠU 2003, L 10, p. 33) u, susisdjarjament, talba għall-annullament jew għal tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)    L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/7/KE, tat-13 ta' Diċembru 2000, dwar proċedura skont l-Artikolu 82 [KE] (Każ COMP/33.133 - D: Karbonat tas-sodju − ICI), huwa annullat sa fejn jiddikjara li Imperial Chemical Industries Ltd kisret id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 82 KE fl-1983.

2)    L-ammont tal-multa imposta lil Imperial Chemical Industries fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2003/7 huwa stabbilit għal EUR 8 000 000.

3)    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)    Imperial Chemical Industries għandha tbati 80 % tal-ispejjeż tagħha u 80 % tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.

5)    Il-Kummissjoni għandha tbati 20 % tal-ispejjeż tagħha u 20 % tal-ispejjeż ta' Imperial Chemical Industries.

____________

1 - ĠU C 150, 19.05.2001.