Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta' Settembru 2011 -Communauté de communes de Lacq vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-132/10) 1

("Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Konċentrazzjoni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara kompatibbli l-konċentrazzjoni intiża għall-kisba tal-kontroll ta' Acetex Corp. minn Celanese Corp. - Nuqqas ta' impenn min-naħa ta' Celanese li tissokta bl-operat tal-fabbrika ta' Pardies (Franza) - Nuqqas ta' ksur ta' dispożizzjoni legali mill-Kummissjoni - Rikors manifestament infondat")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Communauté de communes de Lacq (Mourenx, Franza) (rappreżentant: J. Daniel, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Van Nuffel u N. von Longen, aġenti)

Suġġett

Talba għal kumpens għal diversi danni allegatament subiti mill-Communauté de communes de Lacq minħabba l-illegalitajiet u n-nuqqasijiet attribwibbli lill-Kummissjoni fl-eżitu tal-konċentrazzjoni intiża għall-kisba tal-kontroll ta' Acetex Corp. li tinsab f'Pardies (Franza) minn Celanese Corp.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment manifestament infondat fid-dritt u parzjalment manifestament inammissibbli.

Il-Communauté de communes de Lacq hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 148, 05.06.2010.