Language of document : ECLI:EU:T:2011:413





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-1 ta’ Settembru 2011 –Communauté de communes de Lacq vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-132/10)

“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Konċentrazzjoni – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara kompatibbli l-konċentrazzjoni intiża għall-kisba tal-kontroll ta’ Acetex Corp. minn Celanese Corp. – Assenza ta’ impenn min-naħa ta’ Celanese li tissokta bl-operat tal-fabbrika ta’ Pardies (Franza) – Assenza ta’ ksur ta’ dispożizzjoni legali mill-Kummissjoni – Rikors manifestament infondat”

1.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kundizzjonijiet - Illegalità - Ksur suffiċjentement serju tad-dritt tal-Unjoni (Artikolu 340 TFUE) (ara l-punti 19-21)

2.                     Kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Eżami mill-Kummissjoni - Impenji tal-impriżi kkonċernati tali li jirrendu l-operazzjoni nnotifikata kompatibbli mas-suq komuni - Impenji ppreżentati fil-kuntest tal-investigazzjoni inizjali tal-Kummissjoni li madankollu ma nżammux fid-deċiżjoni finali tal-Kummissjoni fit-tmiem tal-investigazzjoni fid-dettall - Obbligu tal-Kummissjoni li torbot lill-impriżi kkonċernati sabiex josservaw dawn l-impenji - Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004, Artikoli 6(2) u 8(2)) (ara l-punti 23-25, 28)

3.                     Dritt tal-Unjoni - Prinċipji - Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Kundizzjonijiet (ara l-punt 32)

Suġġett

Talba għal kumpens għal diversi danni allegatament subiti mill-Communauté de communes de Lacq minħabba l-illegalitajiet u n-nuqqasijiet attribwibbli lill-Kummissjoni fl-eżitu tal-konċentrazzjoni intiża għall-kisba tal-kontroll ta’ Acetex Corp. li tinsab f’Pardies (Franza) minn Celanese Corp.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment manifestament infondat fid-dritt u parzjalment manifestament inammissibbli.

2)

Il-Communauté de communes de Lacq hija kkundannata għall-ispejjeż.