Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2014 – FESI vs Il-Kunsill

(Kawża T-134/10) 1

(“Rikors għal annullament – Dumping – Estensjoni tad-dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċertu xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li ġej mill-Vjetnam u li joriġina miċ-Ċina, kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ċertu tipi ta’ xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda kkunsinnati mill-Makaw – Assoċjazzjoni li tirrappreżenta lil importaturi indipendenti – Nuqqas ta’ interess individwali – Att leġiżlattiv li jinkludi fih miżuri ta’ implementazzjoni – Inammissibbiltà)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fédération européenne de l’industrie du sport (FESI) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: E. Vermulst u Y. van Gerven, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn J. P. Hix u B. Driessen, aġenti, assistiti minn G. Berrisch, avukat, u minn N. Chesaites, barrister, sussegwentement minn J. P. Hix u B. Driessen, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet u M. França, avukati)

Suġġett

Talba għal annullament tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill ([UE]) Nru 1294/2009, tat-22 ta’ Diċembru 2009, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċertu xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li ġej mill-Vjetnam u li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ċertu tipi ta’ xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda kkunsinnati mill-Makaw SAR, sew jekk dikjarati li joriġinaw fil-Makaw SAR sew jekk le, wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (ĠU L 352, p. 1).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Il-Fédération européenne de l’industrie du sport (FESI) hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 ĠU C 148, 05.06.2010.