Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta'' Marzu 2009 - Rintisch vs UASI - Valfeuri Pates Alimentaires (PROTIVITAL)

(Kawża T-109/09)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bernhard Rintisch (Bottrop, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Dreyer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell: Valfeuri Pates Alimentaires SA (Wittenheim, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-21 ta' Jannar 2009 fil-kawża R 1660/2007-4; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark "PROTIVITAL", għal prodotti fil-klassijiet 5, 29 u 30 - applikazzjoni Nru 4 843 331

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal iċċitat: Reġistrazzjoni għal trade mark Ġermaniża "PROTT" għal prodotti fil-klassijiet 29 u 32; reġistrazzjoni għal trade mark Ġermaniża tat-trade mark figurattiva "PROTIPOWER" għal prodotti fil-klassijiet 5, 29 u 32; reġistrazzjoni għal trade mark Ġermaniża tat-trade mark "PROTIPLUS" għal prodotti fil-klassijiet 5, 29 u 32; reġistrazzjoni għal trade mark Ġermaniża tat-trade mark "PROTITOP" għal prodotti fil-klassijiet 5, 29, 30 u 32; reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja tat-trade mark "PROTT" għal prodotti fil-klassijiet 5 u29

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Ċaħdet l-oppożizzjoni

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Ċaħdet l-appell

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 billi l-Bord tal-Appell naqas milli jevalwa l-oppożizzjoni fuq il-mertu tagħha; Ksur tal-Artikolu 74(2) ) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 billi l-Bord tal-Appell naqas milli jeżerċita d-diskrezzjoni tiegħu jew tal-inqas naqas milli jagħti raġunijiet kif eżerċita d-diskrezzjoni tiegħu. Abbuż ta' poter billi l-Bord tal-Appell żbalja meta ma ħax inkunsiderazzjoni dokumenti u evidenza sottomessa mir-rikorrenti.

____________