Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta förvaltningsdomstolen (l-Isvezja) fid-29 ta’ April 2024 – Nestlé Sverige AB vs Miljönämnden i Helsingborgs kommun

(Kawża C-315/24, Nestlé Sverige)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta förvaltningsdomstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Nestlé Sverige AB

Konvenut: Miljönämnden i Helsingborgs kommun

Domandi preliminari

Informazzjoni dwar il-valur enerġetiku ta’ prodott u dwar l-ammonti ta’ nutrijenti differenti li dan jinkludi, li hija pprovduta xi mkien ieħor għajr fid-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni, tikkostitwixxi deskrizzjoni addizzjonali tal-kwalitajiet u tal-karatteristiċi, kif imsemmi fl-Artikolu 5(2)(g) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/128 1 tal-25 ta’ Settembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni għall-ikel għal skopijiet mediċi speċjali?

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, l-Artikolu 6(2), li jipprojbixxi li l-informazzjoni inkluża fid-dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni tiġi ripetuta fuq it-tikketta, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-indikazzjoni, fid-deskrizzjoni prevista fl-Artikolu 5(2)(g), ta’ informazzjoni dwar il-valur enerġetiku u dwar l-ammonti ta’ nutrijenti differenti, jekk din l-informazzjoni tkun espressa f’forma għajr dik ta’ għal kull 100 g jew għal kull 100 ml?

____________

1 ĠU 2016, L 25, p. 30