Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Lulju 2017 – EEB vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-448/15) 1

[“Rikors għal annullament u għad-danni – Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti li jikkonċernaw l-irtirar tal-proposta għad-Direttiva COM(2014) 397 finali tal-Parlament u tal-Kunsill – Rifjut parzjali għal aċċess – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni parzjali – Inammissibbiltà manifesta parzjali”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: European Environmental Bureau (EEB) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: B. Kloostra, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Pignataro-Nolin, E. Sanfrutos Cano u A. Buchet, aġenti)

Intervenjenti in sostenn tal-konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Tamás u I. McDowell, aġenti) u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen, E. Rebasti u M. Moore, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Ġunju 2015 u, sussidjarjament, għall-annullament ta’ deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament ġarraf wara dan l-att.

Dispożittiv

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal annullament.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-European Environmental Bureau (EEB).

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 ĠU C 328, 5.10.2015.