Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Diċembru 2011 - Gooré vs Il-Kunsill

(Kawża T-285/11) 

("Politika barranija u ta' sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fil-Côte d'Ivoire - Irtirar tal-lista tal-persuni kkonċernati - Rikors għal annullament - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Rikors għad-danni - Rikors manifestament infondat")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Charles Kader Gooré (Abidjan, il-Côte d'Ivoire) (rappreżentant: F. Meynot, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen, G. Étienne u M. Chavrier, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 330/2011, tas-6 ta' April 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d'Ivoire (ĠU L 93, p. 10), sa fejn jikkonċerna r-rikorrent, u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 330/2011, tas-6 ta' April 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d'Ivoire.

It-talba għad-danni hija miċħuda.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent tal-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 - ĠU C 238, 13.08.2011.