Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2019 – RF vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-660/17 P) 1

(Appell – Rikors għal annullament – Komunikazzjoni tar-rikors permezz tal-faks – Preżentata wara l-iskadenza tat-terminu għall-preżentata tal-oriġinal tar rikors fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali – Dewmien fil-kunsinna tal-posta – Kunċett ta’ “forza maġġuri jew ta’ każ fortuwitu”)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Appellant: RF (rappreżentanti: K. Komar-Komarowski, radca prawny)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: J. Szczodrowski, G. Meessen u I. Rogalski, aġenti)

Dispożittiv

It-talba sabiex jiġu ammessi provi ġodda hija miċħuda.

L-appell huwa miċħud.

RF hija kkundannata ssostni, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1     ĠU C 190, 4.6.2018.