Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 taʼ Mejju 2013 – Al-Faqih u MIRA vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-322/09) 1

(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, man-netwerk ta’ Al-Qaida u mat-Taliban – Iffriżar ta’ fondi – Tneħħija mil-lista tal-persuni kkonċernati – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Saad Al-Faqih (Londra, ir-Renju Unit); u Movement for Islamic Reform in Arabia (MIRA) (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentatanti: J. Jones, barrister, u A. Raja, solicitor)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment R. Szostak u E. Finnegan, sussegwentement E. Finnegan u J.P. Hix, aġenti); u L-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Scharf u M. Konstantinidis, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002, tas-27 taʼ Mejju 2002, li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati maʼ Usama bin Laden, in-network taʼ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxu l-esportazzjoni ta’ ċertu merkanzija u servizzi lejn l-Afghanistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni tat-titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi [l-iffriżar ta’ fondi] u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afghanistan (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol. 1, p. 294), kif emendat għat-tnejn u erbgħin darba bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 14/2005, tal-5 taʼ Jannar 2005 (ĠU L 348M, 24.12.2008, p. 46), għat-tmienja u erbgħin darba bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1190/2005, tal-20 taʼ Lulju 2005 (ĠU L 338M, 17.12.2008, p. 225), għal ħamsa u sebgħin darba bir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 492/2007, tat-3 ta’ Mejju 2007 (ĠU L 116, p. 5), kif ukoll għal mija u sittax-il darba bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1102/2009, tas-16 ta’ Novembru 2009 (ĠU L 303, p. 39), u/jew talba għall-annullament tar-Regolamenti Nri 14/2005, 1190/2005, 492/2007 u 1102/2009, sa fejn dawn l-atti jirrigwardaw lir-rikorrenti.

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu in solidum l-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 113, 01.05.2010.