Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta' Novembru 2010 - Il-Kummissjoni vs Irish Electricity Generating

(Kawża T-323/09) 1

"Klawżola ta' arbitraġġ - Kuntratt konkluż fil-kuntest ta' programm speċifiku ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku, inkluża d-dimostrazzjoni, fil-qasam tal-enerġija mhux nukleari (1994-1998) - Nuqqas ta' eżekuzzjoni tal-kuntrat - Rimbors tas-somom imħallsa bil-quddiem - Interessi moratorji - Proċedura fil-kontumaċja"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A.-M. Rouchaud-Joët u F. Mirza, aġenti, assistiti minn U. O'Dwyer u A. Martin, solicitors)

Konvenuta: Irish Electricity Generating Co. Ltd (Waterford, l-Irlanda)

Suġġett

Rikors ibbażat fuq klawżola ta' arbitraġġ intiż sabiex tinkiseb il-kundanna ta' Irish Electricity Generating Co. Ltd sabiex tirrimborsa s-somma ta' EUR 180 664.70 li tikkorrispondi għal parti mill-ħasijiet bil-quddiem li l-Kummissjoni kienet ħallsitha fil-kuntest tal-kuntratt WE/178/97/IE/GB, flimkien mal-interessi moratorji.

Dispożittiv

Irish Electricity Generating Co. Ltd hija kkundannata tirrimborsa lill-Kummissjoni Ewropea s-somma ta' EUR 180 664.70, flimkien mal-interessi moratorji:

-    rata ta' 5.56 % fis-sena mill-25 ta' Awwissu 2003 sad-data ta' din is-sentenza;

-    rata annwali applikata skont il-liġi Irlandiża, jiġifieri attwalment l-Artikolu 26 tad-Debtors (Ireland) Act, 1840 (liġi dwar id-debituri), emendata, sa limitu ta' rata ta' 5.56 % fis-sena, mid-data ta' din is-sentenza, sal-clearance sħiħ tad-dejn.

    

Irish Electricity Generating hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 256, 24.10.2009