Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Administrativo e Fiscal do Funchal (il-Portugall) fl-14 ta’ Novembru 2023 – Modexel – Consultores e Serviços SA vs Autoridade Tributária e Assuntos Fiscais da Região Autónoma da Madeira
(Kawża C-680/23, Modexel)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal Administrativo e Fiscal do Funchal
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Modexel – Consultores e Serviços SA
Konvenut: Autoridade Tributária e Assuntos Fiscais da Região Autónoma da Madeira
Domandi preliminari
L-espressjoni “perijodu li jmiss” li tirriżulta mill-Artikolu 183 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud 1 għandha tiġi interpretata fis-sens li tirreferi letteralment għall-perijodu ta’ żmien immedjatament segwenti fil-kalendarju?
Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv, ladarba jiġi vverifikat il-waqfien ta’ attività min-naħa ta’ impriża, u wara l-bidu mill-ġdid tal-attività mill-istess impriża, wara li jkunu ddekorrew madwar 15-il xahar bejn iż-żewġ ġrajjiet, huwa permess li fl-ewwel dikjarazzjoni wara l-bidu mill-ġdid tal-attività l-impriża tnaqqas is-surplus immexxi ’l quddiem mal-waqfien ta’ attività?
____________
1 ĠU 2006, L 347, p. 1, u r-rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.