Language of document : ECLI:EU:C:2017:718

Kawża C605/15

Minister Finansów

vs

Aviva Towarzystwo Ubezpieczeń na Życie S.A. w Warszawie

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Taxxa fuq il-valur miżjud – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 132(1)(f) – Eżenzjonijiet għal ċerti attivitajiet fl-interess pubbliku – Eżenzjoni għall-provvista ta’ servizzi pprovduti lill-membri tagħhom minn gruppi indipendenti ta’ persuni – Applikabbiltà fil-qasam tal-assigurazzjoni”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal‑21 ta’ Settembru 2017

Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Eżenzjonijiet – Eżenzjonijiet favur ċerti attivitajiet ta’ interess ġenerali – Provvista ta’ servizzi pprovduti minn gruppi indipendenti ta’ persuni li jeżerċitaw attività eżentata sabiex jipprovdu servizzi lill-membri tagħhom – Kamp ta’ applikazzjoni – Attività ekonomika fil-qasam tal-assigurazzjoni – Esklużjoni

(Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikolu 132(1)(f))

L-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni tkopri biss il-gruppi indipendenti ta’ persuni li l-membri tagħhom jeżerċitaw attività fl-interess pubbliku msemmija fl-Artikolu 132 ta’ din id-direttiva u li, għaldaqstant, is-servizzi mogħtija minn gruppi indipendenti ta’ persuni, li l-membri tagħhom jeżerċitaw attività ekonomika fil-qasam tal-assigurazzjoni li ma tikkostitwixxix tali attività fl-interess pubbliku, ma jgawdux minn din l-eżenzjoni.

(ara l-punt 40 u d-dispożittiv)