Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – Minister Finansów vs Aviva Towarzystwo Ubezpieczeń na Życie S.A. w Warszawie

(Kawża C-605/15) 1

[Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Taxxa fuq il-valur miżjud – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 132(1)(f) – Eżenzjonijiet għal ċerti attivitajiet fl-interess pubbliku – Eżenzjoni għall-provvista ta’ servizzi pprovduti lill-membri tagħhom minn gruppi indipendenti ta’ persuni – Applikabbiltà fil-qasam tal-assigurazzjoni]

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Minister Finansów

Konvenuta: Aviva Towarzystwo Ubezpieczeń na Życie S.A. w Warszawie

Dispożittiv

L-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni tkopri biss il-gruppi indipendenti ta’ persuni li l-membri tagħhom jeżerċitaw attività fl-interess pubbliku msemmija fl-Artikolu 132 ta’ din id-direttiva u li, għaldaqstant, is-servizzi mogħtija minn gruppi indipendenti ta’ persuni, li l-membri tagħhom jeżerċitaw attività ekonomika fil-qasam tal-assigurazzjoni li ma tikkostitwixxix tali attività fl-interess pubbliku, ma jgawdux minn din l-eżenzjoni.

____________

1     ĠU C 90, 7.3.2016.