Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2024 – Asaş Alüminyum vs EUIPO – Asfaltos del Sureste (ASAŞ)
(Kawża T-172/24)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Asaş Alüminyum Sanayi ve Ticaret A.S. (Istambul, it-Turkija) (rappreżentanti: C. Sánchez Margareto u M. Pasto Palomares, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Asfaltos del Sureste, SA (San Pedro Del Pinatar, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark ASAŞ li tindika l-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 596 257 li tindika l-Unjoni Ewropea
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Jannar 2024 fil-Każ R 1408/2023-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
____________