Language of document :





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2014 — Holistic Innovation Institute vs REA

(Kawża T‑706/14 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Proġetti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riċerka u tal-iżvilupp teknoloġiku — Deċiżjoni ta’ rifjut ta’ parteċipazzjoni f’ċerti proġetti — Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Interpretazzjoni żbaljata tar-rekwiżiti proċedurali — Inammissibbiltà”

1.                     Proċedura ġudizzjarja — Eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà ta’ ordni pubbliku — Nuqqas ta’ osservanza tal-Regoli tal-Proċedura — Eżami ex officio mill-qorti (Artikoli 256(1), TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104) (ara l-punti 6, 7)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Fumus boni juris — Urġenza — Natura kumulattiva (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 44(1)(ċ), u 104(2)) (ara l-punt 8)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Rekwiżiti proċedurali — Preżentazzjoni tat-talbiet — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Motivi ta’ dritt li ma ġewx esposti fir-rikors u fin-noti — Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra — Inammissibbiltà (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 44(1)(ċ), u 104(3)) (ara l-punti 9, 10)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Oneru tal-prova — Dannu finanzjarju — Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti jew tibdel irrevokabbilment il-pożizzjoni tagħha fis-suq — Obbligu li jingħataw indikazzjonijiet konkreti u preċiżi fuq is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-kumpannija rikorrenti (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 13, 14, 16)

5.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Kundizzjonijiet għall-għoti — Dannu gravi u irreparabbli — Dannu finanzjarju — Dannu li jista’ jiġi kkumpensat sussegwentement permezz ta’ indennizz jew permezz ta’ rikors għad-danni — Preġudizzju li ma jistax jitqies li huwa irreparabbli (Artikoli 268 TFUE, 278 TFUE u 340 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 17)

Suġġett

Talba għal estensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ARES (2014) 2461172 tal-Aġenzija eżekuttiva għar-riċerka (REA), tal-24 ta’ Lulju 2014, li teskludi lir-rikorrenti mill-parteċipazzjoni fil-proġetti ZONeSEC u Inachus.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.