Language of document :

Appell ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2015 minn CJ mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29 ta’ April 2015 fil-kawżi magħquda F-159/12 u F-161/12, CJ vs ECDC

(Kawża T-370/15 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: CJ (Agios Stefanos, il-Greċja) (rappreżentant: V. Kolias, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)

Talbiet

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tad-29 ta’ April 2015 fil-kawżi magħquda F-159/12 u F-161/12, CJ vs ECDC, sa fejn dan:

ċaħad parzjalment ir-rikors fil-Kawża F-159/12 u ordna lill-appellant ibati l-ispejjeż tiegħu;

ċaħad b’mod sħiħ ir-rikors fil-Kawża F-161/12 u ordna lill-appellant ibati l-ispejjeż tiegħu u dawk tal-ECDC;

ordna lill-appellant iħallas lit-Tribunal is-somma ta’ EUR 2 000 biex jirrimborsa parti mill-ispiża li setgħet tiġi evitata li t-Tribunal kellu jbati;

konsegwentement, f’każ li l-appell kellu jiġi ddikjarat fondat:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-24 ta’ Frar 2012;

tordna lill-ECDC jħallas kumpens, evalwat ex aequo et bono għal EUR 80 000, għad-danni morali mġarrba mill-appellant u allegati fl-ewwel kap tat-talbiet tal-Kawża F-161/12;

tordna lill-ECDC jħallas kumpens, evalwat ex aequo et bono għal EUR 56 800, għad-danni morali mġarrba mill-appellant u allegati fit-talbiet inċidentali għal kumpens li tressqu matul il-kawża fl-ewwel istanza;

tordna lill-ECDC jħallas l-ispejjeż kollha tal-proċeduri fl-ewwel istanza u fl-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka seba’ aggravji.

L-ewwel aggravju, li jallega li t-Tribunal kiser il-prinċipju ta’ audi alteram partem billi ċaħad ir-replika tal-appellant bħala inammissibbli għaliex il-korp u l-annessi tagħha ma kinux jaqblu direttament ma’ xi annessi tar-risposta tal-ECDC;

It-tieni aggravju, li jallega li t-Tribunal naqas milli jiddeċiedi dwar talbiet inċidentali mqajma għall-ewwel darba matul il-proċeduri, intiżi għal kumpens għal danni morali kkawżati minn xi dikjarazzjonijiet magħmula fir-risposta tal-ECDC;It-tielet aggravju, li jallega li t-Tribunal kiser l-Artikolu 91(1) tar-Regolamenti tal-Persunal meta kkunsidra li huwa stess ma kienx awtorizzat li jeżamina l-veriċità tal-allegazzjonijiet ta’ amministrazzjoni finanzjarja ħażina fl-ECDC peress li dawn kienu preċedentement ġew eżaminati mill-OLAF;Ir-raba’ aggravju, li jallega li t-Tribunal wettaq żball fl-interpretazzjoni;tal-Artikolu 47(b)(ii), moqri flimkien mal-Artikolu 86 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni (Kondizzjonijiet tal-Impjieg), meta qies li l-appellant seta’ jitkeċċa immedjatament abbażi ta’ insubordinazzjoni mingħajr proċedura dixxiplinari;tal-Artikolu 41(2)(a) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward taż-żmien mogħti lill-appellant biex jespon

i l-argumenti tiegħu qabel ma jitkeċċa;tal-Artikolu 48(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, meta aċċetta bħala stabbiliti allegazzjonijiet li l-appellant kien ipparteċipa f’imġiba kriminali, għalkemm la kien akkużat u lanqas misjub ħati ta’ tali mġiba quddiem qorti kriminal

i;id-dmir ta’ kura tal-persuna li timpjega meta qies li l-ECDC ma kienx marbu

t li jagħti ċerti drittijiet ta’ difiża lill-appellant matul investigazzjoni amministrattiva skont l-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal;Il-ħames aggravju, li jallega li t-Tribunal wettaq żball fl-interpretazzjoni tal-ewwel, tal-ħames u tat-tmien motivi u tat-talbiet;Is-s

itt aggravju, li jallega li t-Tribunal wettaq klassifikazzjoni legali żbaljata ta’ ċerti fatti;Is-seba’ aggravju, li jallega li t-Tribunal wettaq distorsjoni ta’ xi provi.

____________