Language of document : ECLI:EU:T:2008:285





Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Lulju 2008 – Espinosa Labella et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-322/06)

“Rikors għal annullament – Direttiva 92/43/KEE – Konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa – Deċiżjoni 2006/613/KE – Elenku ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bioġeografiku Mediterranju – Att li jista’ jiġi kkontestat – Nuqqas ta’ interess dirett – Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament - Atti li jistgħu jiġu kkontestati - Kunċett - Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti (L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 230 KE; Direttiva tal-Kunsill 92/43, Artikoli 4(2) u (5), u 6; Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/613, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 1, u l-Annessi 1, 2 u 3) (ara l‑punti 24-28)

2.                     Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment (Ir-raba’ paragrafu tal‑Artikolu 230 KE; Direttiva tal-Kunsill 92/43, Artikoli 4(5) u 6; Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/613, Anness 1) (ara l-punti 35-40)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/613/KE, tad-19 ta’ Lulju 2006, li tadotta, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, l‑elenku ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bioġeografiku Mediterranju (ĠU L 259, p. 1), sa fejn tindika s-sit imsejjaħ “Artos de El Ejido”, li fih jinsabu l-artijiet tar-rikorrenti, bħala sit ta’ importanza Komunitarja għar‑reġjun bioġeografiku Mediterranju.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Manuel José Espinosa Labella, Josefa Labella Dávalos, María Pilar Espinosa Labella, María José Espinosa Labella, Tomasa Peñuela Ortiz, Tomás Espinosa Peñuela, Francisco José Espinosa Peñuela, Juan Manuel Espinosa Peñuela, María Lourdes Espinosa Peñuela, Adela Espinosa Peñuela, Jorge Jesús Espinosa Peñuela u l-eredi ta’ Rafael Espinosa Peñuela huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill‑Kummissjoni.

3)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.