Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza fl-24 ta' Marzu 2009 - Moreira da Fonseca vs UASI - General Óptica (GENERAL OPTICA)

(Kawżi magħqudin T-318/06 sa T-321/06)1

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade marks Komunitarji figurattivi GENERAL OPTICA b'kuluri differenti - Denominazzjoni kummerċjali preċedenti Generalóptica - Raġuni relattiva għal rifjut - Sinjifikat lokali tas-sinjal preċedenti - Artikolu 8(4) u Artikolu 52(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Alberto Jorge Moreira da Fonseca Lda (Santo Tirso, il-Portugall) (rappreżentanti: M. Oehen Mendes u D. Jeffries, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Novais Gonçalves, agent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: General Óptica, SA (Barċellona, Spanja) (rappreżentanti: M. Curell Aguilà u X. Fàbrega Sabaté, avukati)

Suġġett

Erba' rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tal-ewwel Bord tal-Appel tal-UASI tat-8 ta' Awwissu 2006 (Każijiet R 944/2005-1, R 945/2005-1, R 946/2005-1 u R 947/2005-1) rigward erba' proċedimenti ta' invalidità bejn Alberto Jorge Moreira da Fonseca, Lda u General Óptica, SA.

Dispożittiv

1)    Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)    Alberto Jorge Moreira da Fonseca, Lda hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 236, 30.12.2006.