Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2023 – Hofstede Insights vs EUIPO ( Geert Hofstede (HOFSTEDE INSIGHTS)

(Kawża T-429/23)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Hofstede Insights Oy (Ħelsinki, il-Finlandja) (rappreżentant: A. Sevillano Orbegozo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Geert Hofstede BV (Meppel, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “HOFSTEDE INSIGHTS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 18 338 780

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ April 2023 fil-Każ R 2128/2022-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________